Raġel ta' 59 sena jsofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' għoli ta’ madwar metru u nofs

L-Inċident sar fil-Belt Valletta għall-ħabta tal-ħdax

L-Isptar Mater Dei
L-Isptar Mater Dei

Illum, għall-ħabta tal-ħdax, raġel ta’ 59 sena residenti fil-Għargħur qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara inċident fil-Belt Valletta.

Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Mediterran minħabba li r-raġel kien waqa’ għoli ta’ madwar metru u nofs, minħabba li allegatament inqata’ d-dawl, waqt li kien ġewwa binja fl-imsemmija triq.

Immedjatament, issejjaħ tim mediku li ta' l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. 

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka