11-il immigrant arrestati wara 'rewwixta' f'Ħal Kirkop; Pulizija milqut minn biċċiet tal-ħadid

Tinda ngħatat in-nar u kienet irrapportata xi ħsara oħra

Ħdax-il immgrant ġew arrestati wara dik li l-Pulizija sejħitilha bħala "rewwixta" fis-Safi Barracks f'Ħal Kirkop

Il-Pulizija marru fil-post, ftit wara nofsilejl wara li deher xi duħħan iswed u rriżulta li kienet tqabbdet tinda u saret xi ħsara fil-post minn grupp ta' immigranti.

Waqt li kienet qed tingħata l-assistenza neċessarja, Kuntistabbli tal-Pulizija kien milqut minn biċċiet tal-ħadid li kienu qed jiġu mwaddba mill-immigranti u kellu jittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa.

Fuq il-post kienu msejħa membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw n-nirien.

L-immmigranti arrestati qed jinżammu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal iżjed stħarriġ

More in Kronaka