Raġel ta' 48 sena jittieħed l-isptar wara li ġie attakkat minn żewġ irġiel f'San Ġiljan

L-identità taż-żewġ irġiel għadha mhix magħrufa

Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ tat-tmienja u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’post tad-divertiment fi Triq Santa Rita, San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li nqala’ argument bejn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar u żewġ irġiel, li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa.

Ir-raġel ta' 48 sena safa’ aggredit b’oġġett u sofra xi ġrieħi. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka