4,187 inċident fit-toroq tagħna fi tliet xhur

Dawk li weġġgħu b'mod gravi kkonsistew f'39 xufier, 18-il passiġġier u 32 ċiklist/oħrajn

(Arkivji)
(Arkivji)

In-numru ta' inċidenti fit-toroq fit-tielet kwart tas-sena ammontaw għal 4,187, jiġifieri żieda ta' 14.5% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena ta' qabel. Iż-żona tat-tramuntana tal-port, li tinkludi fiha Tas Sliema u San Ġiljan, kienet l-aktar illi fiha seħħew inċidenti tat-traffiku; 1,510 b'kollox jew 36% mit-total kollu. 

Minkejja li l-inċidenti żdiedu, in-numru ta' persuni nvoluti f'dawn l-inċidenti naqsu b'3% meta mqabblin mas-sena l-oħra, biex laħqu l-449. Dawk li weġġgħu b'mod gravi kkonsistew f'39 xufier, 18-il passiġġier u 32 ċiklist/oħrajn. Intant kienu xufier wieħed, passiġġier u persuna waħda li kienet miexja fit-triq li tilfu ħajjithom matul dan il-perjodu tas-sena. Minn dawn, tnejn mill-imwiet seħħew f'Għawdex. 

It-total ta' mwiet ikkawżati minn inċidenti fl-ewwel disa' xhur tas-sena kienu 10, filwaqt li 89 persuna sofrew minn ġrieħi gravi. Minn dawn tal-aħħar 66% kienu rġiel.

More in Kronaka