Raġel ta' 57 sena bi ġrieħi gravi wara li waqa' sular f'sit ta' kostruzzjoni

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Arkivji
Arkivji

Raġel ta' 57 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' minn għoli ġewwa sit ta' kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:00hrs meta l-Pulizija ġew infurmati li raġel waqa’ minn għoli ġewwa sit ta’ kostruzzjoni li tinsab fi Triq is-Silla kantuniera ma’ Triq iċ-Ċervjola, Marsaskala.

Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li r-raġel, ta’ 57 sena residenti Ħal Qormi, kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess sit meta għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Il-vittma kien assistit minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u Tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

More in Kronaka