Turist imweġġa miġbur minn fuq cruise ship u Għawdxi jaħbat l-Imsida

Is-sewwieq ma jiġrilu xejn, żewġ nisa passiġġieri jweġġgħu

Tard filgħaxija qrib nofs il-lejl fl-Imsida  il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunċizzjoni, l-Imsida.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li żagħżugħ ta’ 19-il sena, residenti l-Fontana Għawdex, kien qiegħed isuq vettura tat-tip Volkswagen Golf meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ ħajt.

Flimkien mas-sewwieq kien hemm ukoll żewġ passiġġiera nisa li għandhom 20 sena.  Waħda minnhom li toqgħod il-Mellieħa, ittieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-passiġġiera l-oħra, li hija residenti l-Pieta`, weġġgħet ħafif.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ma sofra l-ebda ġrieħi. Sadattant dalgħodu kmieni l-AFM bagħtet id-dgħajsa tagħha Melita 1marret tgħin passiġġier fuq il-cruise Ship Mein Schiff 2 fejn ittieħed bl-ambulanza l-isptar mater Dei.

More in Kronaka