'Tgħidux li huma Musulmani' ....imma May tgħidilhom 'No Way'

Rapport tal-Kummissjoni Ewropea jgħid li l-intolleranza u l-mibgħeda razzista ġejja meta l-media tirraporta li t-terroristi jkunu Musulmani

Numru ta' kapijiet t'għaqdiet għad-drittijiet umani fil-Kunsill Ewropew ordnaw lil media Ingliża biex ma tirrapurtax iktar li t-terroristi li jkunu wettqu l-attakk ikunu Musulmani. Dawn ir-rakkomondazzjonijiet huma parti minn 23 talba lil Theresa May, il-Prim Ministru Ingliż, dwar kif għandha tmexxi l-media. Fl-essenza din tkun tfisser indħil fundamentali tal-libertà tal-kelma.

Ir-rapport mill-Kunsill tal-Ewropa waħħal fil-media għaż-żieda fi vjolenza razzjali fl-Ingilterra u sostna li din hija riżultat ta' kliem mimli mibgħeda. Huma akkużaw ukoll lil numru ta' politikanti b'diskors li jwassal għall-mibgħeda.

Dan ir-rapport kien sar qabel ir-referendum li sar fir-Renju Unit dwar l-Unjoni Ewropea. Ir-rapport qed jissuġġerixxi li l-Ministri Ingliżi għandhom jedukaw u jħarrġu lil media Ingliża f'dan ir-rgward. Iżda l-ministri Ingliżi, flimkien mal-Prim Ministru Ingliż, wieġbet lil dan il-grupp favur id-drittijiet umani fil-Kunsill Ewropew li l-Gvern Ingliż jemmen fil-libertà tal-kelma u ma jindaħalx f'dak li tikteb il-media u x'tirraporta, dment li l-media tkun qed timxi mal-liġi. Il-kummissjoni Ewropea qalet fir-rapport tagħha li fir-Renju Unit kien hemm żieda qawwija fil- xenofobija, mill-2009 sal-2016. Għalhekk irrakkomanda li ma jitħallewx jinkitbu rapporti li jsemmu illi terrorist partikolari huwa Musulman. 

 

More in Kronaka