Filmat | Refuġjat Sirjan joqtol mara fil-Ġermanja

Qabel l-attakk b'bomba f'Ansbach, fil-Ġermanja, Refuġjat Sirjan qatel mara b'daqqiet ta' mannarett

Raġel ta' 21 sena, refuġjat Sirjan resident il-Ġermanja, qatel mara u darab żewġ persuni oħra b'daqqiet ta' mannarett
Raġel ta' 21 sena, refuġjat Sirjan resident il-Ġermanja, qatel mara u darab żewġ persuni oħra b'daqqiet ta' mannarett

Ilbieraħ wara nofsinhar, qabel l-attakk b'bomba waqt festival f'Ansbach, fil-Ġermanja, li ngħata aktar importanza mill-media internazzjonali, seħħ inċident ieħor fil-Germanja, fejn refuġjat Sirjan ieħor qatel mara b'daqqiet ta' mannarett (machete)

 

L-inċident seħħ il-bieraħ wara nofsinhar fil-belt ta' Reutlingen, fil-Ġermanja, meta raġel ta' 21 sena, refuġjat Sirjan resident il-Ġermanja, qatel mara u darab żewġ persuni oħra b'daqqiet ta' mannarett.

Il-filmat juri l-arrest tar-raġel, li qiegħed jiġi nterrogat mill-Pulizija li s'issa ma jaħsbux li r-reat għandu konnessjoni ma' terroriżmu, iżda jista' jkun aktar każ ta' reat passjonali, minħabba li l-agressur kin jaf lill-vittma.

Xhud li kien fuq il-post qal li ftit minuti qabel ma r-raġel ħareġ il-mannarett li bih qatel lill-mara, it-tnejn kienu qed jargumentaw.

Wara l-qtil, l-agressur ħarab, iżda ġie imwaqqaf minn raġel li saq fuqhu apposta biex iwaqqfu, wara li dan kien rah joqtol il-mara u jweġġa' tnejn minn nies oħra.

Il-Pulizija mbgħad laħqu waslu fuq il-post, fejn arrestaw lis-Sirjan.

More in Kronaka