Filmat | 2 mejta u 16 midruba fi sparatura fi Florida

Sparatura f'nightclub fi Florida s'issa ħalliet 2 persuni mejta u madwar 16 midruba

Sparatura fi klabb fi Florida : tal-inqas 2 mejta u 17 midruba
Sparatura fi klabb fi Florida : tal-inqas 2 mejta u 17 midruba

Ta l-inqas żewġ persuni nqatlu, filwaqt li 16 ġew irrappurtati midruba, waqt sparatura li seħħet fin-night club, 'Club Blue', li jinsab f'Fort Myers fi Florida.

Il-Pulizija s'issa arrestat tlett persuni b'konnessjoni mal-isparaturi fil-klabb, il-parkeġġ u lokalità fil-viċin.

 

Jidher li fis-siegħat bikrin ta' filgħodu, numru ta' żagħżagħ kienu l-vittimi ta' sparatura li faqqgħet waqt party li għalih kienu qed jattendu diversi żgħażagħ.

Min rapporti li ħarġu s'issa, jidher li l-attakk twettaq minn żewġ aggressuri, bi sparaturi f'postijiet differenti tal-klabb, inkluż il-parkeġġ.

Infatti l-Pulizija qegħda tinvesitga żewġ postijiet oħra fil-viċin b'suspett ta' konnesjoni mal-isparatura fil-klabb. Xi tiri ġew sparati f'dar u fuq karozza fil-viċin, b'riżultat li persuna ġiet irrappurtata midruba. Wieħed mit-tlett suspettati arrestati mill-Pulizija kien infatti minn fuq dan il-post viċin tal-klabb.

Aktar dettalji l-quddiem hekk kif ikunu disponibbli.

More in Kronaka