Għawdxi ta' 44 sena jaqa' mill-għoli u jweġġa

Raġel ta' 44 sena waqa' minn fuq scaffolding wara li prova jitfi nar ikkawżat minn logħob tan-nar

Raġel jittieħed l-isptar wara waqgħa mill-għoli
Raġel jittieħed l-isptar wara waqgħa mill-għoli

Kmieni dalgħodu, raġel ta' 44 sena, residneti Kerċem, sofra ġrieħi gravi wara li waqa' mill-għoli waqt li kien fuq scaffolding li kienet armata f’għalqa fi Triq il-Kalandrijiet, Kercem.

Minn investigazzjoni preliminari li għamlu il-Pulizija, irriżulta li r-raġel, waqa' minn fuq l-iscaffolding wara li prova jitfi nar li kien ikkawżat minn logħob tan-nar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka