Ħadd ma weġġa' fi splużjoni fl-Armier

Ħsara kbira f'kamra fl-Armier minn bomba li tpoġġiet

Ritratt: Arkivji
Ritratt: Arkivji

Ħadd ma ndarab f’dik li hi maħsuba li kienet splużjoni kkawżata minn bomba li tpoġġiet ma’ kamra fil-Bajja tal-Armier.

Il-pulizija kienet infurmatha bil-każ dalgħodu, għall-ħabta tas-7:30. Mal-wasla tal-Pulizija tad-Distrett tal-Mellieħa sabu ammont konsiderevoli ta’ ħsara fl-imsemmija kamra u minnufih intalbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Sid il-kamra għandu tmienja u tletin sena u jirrisjedi Ħ’Attard.

Aktar informazzjoni tingħata aktar il-quddiem minħabba l-istadju bikri tal-investigazzjonijiet.

More in Kronaka