Raġel jindarab gravi wara li jintlaqat minn karozza

Raġel ta' 84 sena minn Tas-Sliema sofra ġrieħi gravi

Raġel ta' 84 sena minn Tas-Sliema għal xi raġuni safa' milqut minn vettura tat-tip Seat Ibiza li kienet misjuqa minn raġel ta' 55 sena mill-Birgu.

L-inċident seħħ fi Triq Santa Marija, Tas-Sliema għall-ħabta ta' 6:45 ta' dalgħodu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qieghed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka