Il-hairdresser minn Nadur li daħlet mal-Birdlife qed tkun mhedda u nsultata kontinwament

Kliem dispreġġativ u ta theddid fuq ħitan madwar in-nadur kontra Maryann Curmi

Maryann Curmi, il-hairdresser min-Nadur li l-għada li għadda r-referendum favur il-kaċċa fir-Rebbiegħa poġġewlha għexieren ta lumi u bajd mal-bieb tas-salon tagħha issa qed tiġi nsultata b'kitba u anke tgħajjir minn xi ħadd moħbi wara li kienet qalet li se ssir membru tal-CABS u tal-birdlife.

Fil-fatt nhar it-Tnejn li għadda waqt li kienet qed tagħmel il-mixja tagħha ta' kulfilgħodu semgħet lil xi ħadd moħbi jgħajjarha 'Bewwiela' u hi talbitu joħroġ u juri wiċċu, xi ħaġa li m'għamilx. Mill-għada bdiet issib kitba matul it-triq li timxi magħha b'kitba ta' theddid u tal-istess kelma li intużat fil-konfront tagħha, 'bewwila' u ħu ħsieb rasek.

Maryann Curmi avżat b'dan kollu lil pulizija li qed ifittxu lil din il-persuna li qed tagħmel dawn l-atti u fl-istess waqt hi qed tieħu r-ritratti ta' kulfejn qed jikteb mal-ħitan u tpoġġihom fuq facebook filwaqt li kitbet li dan mhux se jaqtgħla qalbha milli tkompli tiġġieled favur l-ambjent, l-għasafar u l-annimali.

More in Kronaka