Ajruplan tal-linja tal-ajru Germanwings iġġaraf aktar kmieni fi Franza. L-ajruplan kellu 142 passiġġier abbord, 2 piloti u 4 membri tal-kabina.
L-ajruplan tat-tip Airbus A320ien fi triqu minn Barċellona għal Dusseldorf.
Il-President Franċiż Francois Hollande f’kummenti mal-istampa qal li għad mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident u minn kif jidhru l-affarijiet mhux mistenni li jinstabu passiġġieri ħajjin.
L-ajruplan kien ilu fis-servizz għal dawn l-aħħar 24 sena fejn kien jifforma parti mill-flotta tal-Lufthansa.