Erbgħa minn grupp ta’ ħames tfajliet immexxija mill-kap tagħhom ta’ 16-il sena, Aniah Ferguson, ġew arrestati mill-pulizija ta’ Brooklyn wara li ħebbew u sawtu bla ħniena tfajla fil-McDonalds.
Il-kap tagħhom inħarġet fuq pleġġ ta’ nofs miljun dollaru meta ġiet akkużata bis-swat fuq din it-tfajla u anke fuq serq meta serqet il-kartiera u l-mobile tal-vittma. Hi tidher fil-filmat taqbeż fuq ras il-vittma meta kienet mal-art.
Ferguson tfajla vjolenti li l-pulizija Amerikana jgħidu li m'hemmx postha fis-soċjeta
Il-vjolenza u s-swat fuq it-tfajla fil-McDonalds kienet irrekordjata fuq mobile phone u mpoġġija fuq siti soċjali li juri erba' tfajliet isawtu bla ħniena tfajla ta’ 15-il sena għal diversi minuti.
Aniah Ferguson, 16, kienet arrestata l-Ħamis u l-Ġimgħa dehret akkużata li kienet kap ta’ gang li wettaq dan l-att vjolenti. Il-maġistrat taha l-liberta proviżorja jekk tħallas nofs miljun dollaru. Dan minħabba l-fatt li diġà kellha akkużi oħra meta darba minnhom tat daqqa ta’ sikkina lil ħuha u tat daqqa ta’ ponn lil nannitha.
Ommha qalet li mhux se tiddefendiha għax hi ma rabbitiex vjolenti hekk.
Ir-raba' tfajla ġiet arrestata waqt li kienet fuq ajruplan sejra l-Ġamajka. Sadanittant, il-pulizija tinsab irrabjata għax anke l-vittma ma tridx tikkopera mal-pulizija fejn spiċċat l-isptar bi black eyes u diversi tbenġiliet fejn f’ħin minnhom intilfet minn sensiha, iżda jidher li hi kienet li tat l-ewwel daqqa u ma trid tixhed kontra dawk li sawtuha, għaliex Ferguson u hi jattendu l-istess skola u fl-istess klassi.
John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda g�...