Ħaddiema tal-Ministeru mhux qed jitħallew jidħlu fl-uffiċċini tagħhom

Skrivani jitħallew fis-sala tal-esebizzjoni tal-ministeru ġurnata sħiħa

Wara li faqqa l-allegat  iskandlu tar-raġel tal-eks ministru għal Għawdex Giovanna Debono fuq il-Malta Today ta' nhar il-Ħadd li għadda sew l-uffiċċju tal-Public Works fit-triq il-kappuċċini u anke l-uffiċċini kollha fil-ministeru għal Għawdex tad-dipartiment DCS (Department Corporate Services) dawn id-dipartimenti ġew siġġillati mill-pulizija fejn uffiċċjali tal-awditjar tal-gvern flimkien ma' uffiċċjali tal-pulizija qed jiċċekkjaw il-files li jistgħu jagħtu xi ħjiel dwar l-alegazzjonijiet tal-whistleblower.

Dan ifisser li l-ħaddiema f'dawn id-dipartimenti mhux qed jitħallew jidħlu fl-uffiċċini tagħhom. F'dawn l-aħħar tliet ijiem dawn il-ħaddiema qed ikunu fis-sala tal-esebizzjoni tal-ministeru jgħaddu l-ħin hemmhekk. Xi wħud qalulna li jkun aħjar kieku jintbagħtu d-dar u jagħmlu teleworking mid-dar, iżda ġew mgħarrfa li kulħadd irid jibqa hemm għax jista jkun li jintalbu jwieġbu xi mistoqsijiet dwar l-investigazzjoni li qed issir.

Minn sorsi infurmati sew qalulna li anke eks direttur fil-ministeru ġie nterrogati f'dawn il-jiem li għaddew. L-investigazzjonijiet qed isiru fuq dak li qal whistleblower li saru diversi xogħol ta kostruzzjoni f'bini privat f'Għawdex imqabbad minn Anthony Debono li kien jieħu ħsieb ix-xogħol pubbliku f'Għawdex meta martu kienet ministru u dawn tħallsu mill-finanzi tal-gvern.

More in Kronaka