Il-mara tal-Porporina teħel 9 xhur ħabs għax daħlet l-eroina għal żewġha

Helen Bugeja ta' 47 sena mill-Isla ħbiet l-eroina fiż-żarbun f'Ġunju 2012

Il-mara ta' Alfred Bugeja magħruf aħjar bħala l-Porporina weħlet disa' xhur ħabs wara li nstabet ħatja li pruvat iddaħħal l-eroina fil-ħabs għal żewġha f'par żarbun.

Helena Bugeja, ta' 47 sena mill-Isla ħbiet l-eroina f'par żarbun li kien imwassal għand il-Porporina minn ħuh f'Ġunju 2012.

Bugeja ċaħdet li kienet taf bid-droga moħbija, iżda l-Maġistrat Marseann Farrugia ma kinitx affetwata bil-verżjoni tal-fatti tagħha.

Il-Qorti semgħet kif l-affarijiet li ddaħħlu fil-ħabs, żraben u logħob tal-PlayStation, kienu ċċekkjati mill-ħaddiema tal-ħabs. Mal-ewwel tfittxija ma nstab xejn, iżda b'iktar investigazzjonijiet instabu tliet grammi ta' eroina moħbija f'żewġt iqratas.

Il-Qorti kienet mgħarrfa li dan l-ammont kien ikun biżżejjed għal madwar 14-il doża.

Il-Prosekutur, l-Ispettur Johann Fenech qal li meta Bugeja kien arrestat, l-uffiċjali mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga sabu li kienet fil-pussess ta' żewġ biċċiet foil, li mbagħad instabu traċċi ta' eroina fihom.

Il-Maġistrat ikkundannat lil Bugeja għal disa' xhur ħabs u multa ta' €2,000.

Il-Maġistrat innota li l-mara kellha akkużi oħra ta' prostituzzjoni u anke li kellha fuqha sustanzi illeċiti, li jinkludu l-eroina u l-kannabis.

More in Kronaka