Kważi 14,000 persuna salvata mill-baħar fl-aħħar 20 sena

Bejn l-1994 u l-2014 ġew salvati madwar 14,000 persuna mill-Forzi Armati

It-total ta' persuni salvati bejn l-1994 u l-2014 kien ta' 13,781. Dan jinkludi madwar 12,269 immigrant u 85 sajjied.

L-iktar sena li rat numru ta' persuni salvati mix-xtut Maltin mill-Forzi Armati kienet l-2008 b'1,896 persuna. 1,826 kienu immigranti.

L-iktar sena kwieta f'perjodu tal-aħħar ħames snin kienet l-2010, b'105 persuni li ġew salvati u b'inqas min-nofs li kienu immigranti, 47.

More in Kronaka