Il-Viċi Sindku ta' Ħ'Attard, Marco Spiteri u l-kunsillier tal-istess lokal Ralph Cassar kitbu fuq is-sit tal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard li huma personalment se jivvutaw 'LE' kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa. Fil-fatt m'għamlu xejn differenti minn dak li qalu Joseph Muscat u Simon Busuttil li minn fuq il-fora tagħhom qalu li se jivvutaw 'IVA' favur il-kaċċa fir-Rebbiegħa.
Dan il-fatt qajjem rabja fost l-Għaqda tal-kaċċaturi FKNK bagħtu ittra elettronika li ntbagħtet, għal xi raġuni lis-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku Jose Herrera, lill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard, lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali u lill-Assoċjazjoni tal-Kunsilli Lokali mill-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK).
L-ittra li ntbagħtet qed tiġi riprodotta hawn
We are aware that any person in his personal capacity can have and
voice his opinion with regards the upcoming 11 April referendum,
however, we believe that the Attard Local Council Vice-Mayor, Marco
Spiteri, and Councillor, Ralph Cassar, have acted unethically, if not
also illegally, when they posted/commented with regards the referendum
on the Attard Council official Facebook Page.
Il-kummenti li saru rapport fuqhom huma dawn:
Marco Spiteri:-
Referendum Kacca fir-rebbiegha: Jien se nivvota skond kif tghidli
il-kuxjenza...se nivvota favur il-hajja, favur l-ambjent
sostenibli...favur li kullhadd igawdi l-ghasafar u l-kampanja
taghna...jien se nivvota LE!!!!
Ralph Cassar:-
Jien ningħaqad ma' Marco Spiteri u bħalu se nagħmel kumment
'irresponsabbli' (kif hemm min qal!) u ninforma lir-residenti ta'
Ħ'Attard li jiena wieħed mill-kunsilliera u kandidati li se nivvota
favur in-natura li fir-rebbiegħa tkun fl-aqwa tagħha, favur
il-kampanja u l-bijodiversita' u għaldaqstant u b'konsistenza
mal-fehmiet tiegħi se nivvota u nikkampanja għal vot ta' LE
għall-kaċċa fir-rebbiegħa.
Iż-żewġ kunsilliera ħarġu stqarrija konġunta biex iwieġbu għall-aġir takl-FKNK li qed jipprova jgħaqlihom ħalqhom u stqarrew
Jidhrilna li:
1. Il-kunsilliera, bħal kulħadd għandhom id-dritt imma wkoll id-dmir
li jesprimu l-opinjoni tagħhom fuq kwalunkwe suggett ta' policy.
2. Il-ftit kampanja li baqa' madwar Ħ'Attard ikunu aħjar jekk tinqata'
l-prattika insostenibbli tal-kaċċa fir-rebbiegħa u għalhekk li
ninformaw lir-residenti bil-ħsibijiet tagħna anke fuq dan is-suġġett.
3. L-asserzjoni tal-FKNK dwar possibbli 'illegalita' tal-kummenti
tagħna li kull ma jagħmlu b'mod seren jesprimu opinjoni huma redikoli.
4. L-asserzjoni tal-FKNK li kummenti li ma jaqblux mal-veduti tagħhom
espressi fuq il-paġna tal-facebook 'Attard Local Council' imorru
kontra xi 'etika' hija wkoll redikola u banali.
5. Aħna, Marco Spiteri u Ralph Cassar, bħal ħafna persuni, kunsilliera
u politici oħra naqblu fuq xi affarijiet u fuq oħrajn ma naqblux, u
ġieli esprimejna opinjonijiet kuntrastanti, b'danakollu ħadd minna ma
jipprova jagħlaq ħalq ħadd bħal ma tippretendi l-FKNK.
Fl-aħħar mill-aħħar jidhrilna li l-unika ħaġa li se ssir illegali wara
l-11 ta' April 2015, bħal fil-bqija tal-pajjiżi tal-UE li għandhom
għal qalbhom il-konservazzjoni u l-protezzjoni tan-natura, hija
l-kaċċa fir-rebbiegha.
Forsi l-FKNK imdorrijin tul is-snin li tgħaddi tagħhom u li jheddu lil
politiċi differenti bil-voti. Aħna nistghu nitkellmu għalina biss:
l-ebda ittra tal-FKNK m'hi se twaqqafna milli nitkellmu fuq liema
suġġett irridu u fil-fora li jidhrilna ahna.