Dan kollu, minkejja stejjer li ħarġu fil-ġurnal In-Nazzjon, dwar il-problemi fil-bonds ta’ Crystal Finance Investments immexxija mill-istess Alfred Mifsud.
Sorsi viċin il-Gvern qalu lil din il-gazzetta li bl-istess kriterju, bosta gvernaturi oħra ma kinux denji tan-nomina, minħabba stejjer ivvintati u impreċiżi.
“Il-Gvernatur preżenti Josef Bonnici, eks membru Nazzjonalisti, ċertament kien il-mira ta’ ħafna attakki u xorta waħda ġie nnominat.”
Alfred Mifsud fil-passat kien ukoll ċermen ta’ Super One u okkupa diversi pożizzjonijiet fi ħdan il-Partit Laburista. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ukoll konsulent finanzjarju ma’ Mifsud.