Taħriġ speċjalizzat għall-kirurgi żgħażagħ

Taħriġ avvanzat fil-kirurġija f'pajjiżna għaż-żgħażagħ Maltin

Chris Fearne fiż-żjara tiegħu mal-kirurgi żgħażagħ f’Mater Dei
Chris Fearne fiż-żjara tiegħu mal-kirurgi żgħażagħ f’Mater Dei

“Qed nipprovdu taħriġ avvanzat dwar proċeduri innovattivi fil-qasam tal-kirurġija u dan jassigura li l-pazjenti Maltin jingħataw l-aktar kura avvanzata u aġġornata possibbli.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne meta żar grupp ta’ 28 kirurgu żagħżugħ li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u li bħalissa qed jingħataw taħriġ speċjalizzat fil-Laboratorju tal-Anatomija tal-Università ta’ Malta.
It-taħriġ, li hu maqsum fuq jumejn, qed jingħata minn żewġ esperti barranin u jittratta prattiċi tekniċi fil-qasam tal-kirurġija li ġew żviluppati dan l-aħħar. 

Permezz ta’ dan it-taħriġ avvanzat fuq partijiet differenti tal-ġisem, il-kirurgi jistgħu jkomplu jitħarrġu filwaqt li jipprovdu s-servizzi tagħhom fl-Isptar Mater Dei. Dawn it-tip ta’ gruppi ta’ ħidma s’issa saru biss fi tlett istituzzjonijiet Ewropej oħra.

 

More in Kronaka