L-Iżlam ma jaqbilx mal-omosesswalita

Intervista esklussiva dwar l-Iżlam

Laiq Ahmed Atif hu l-President tal-Komunità Ahmadiyya Muslim Jammat Malta, li hija t-tielet l-ikbar komunità fid-dinja tal-Musulmani. L-ILLUM xtaqet tindaga iktar fil-komunità Musulmana biex tara eżatt x’inhu t-twemmin tagħhom fl-eku ta’ ħafna attakki fuq ir-reliġjon Musulmani wara l-każi f’Pariġi

...u dwar l-omosesswalità?

L-Iżlam ma jaqbilx. Alla ħalaq mara għal raġel u raġel għal mara. Hemm ħafna raġunijiet, fosthom minħabba l-prokreazzjoni. Jekk kulħadd isir omosesswali ma jkunx hemm il-kontwinazzjoni u l-prokreazzjoni. Hemm pajjiżi li mbagħad imorru fl-estrem, li joqtlu lill-persuni omosesswali, l-Iżlam ma jaqbilx ma’ dan lanqas, hija biss kultura tal-pajjiż. Jgħid li m’għandhomx jiġu kkastigati jew emarġinati, għandna nuru rispett imma l-Iżlam ma jaqbilx. Il-maħfra jew l-kastig huwa f’idejn Alla fl-aħħar mill-aħħar. Għandna wkoll inżommu f’moħħna li billi wieħed iħoss xi ħaġa m’għandniex insegwu dejjem dak li nħossu. Jekk inħoss xi ħaġa jien dan ma sarx id-dritt tiegħi. Wara kollox tul is-snin kollha kellna diversi messaġġiera mingħand Alla u ħadd ma ħabbar dan it-tagħlim. Tul is-snin dejjem tgħallimna li l-imħabba għandha tkun bejn raġel u mara. 

Jiġifieri mhux vera li jekk wieħed joqtol lilu nnifsu jsib il-verġni jistennewh fil-ġenna?

Le. Dawn huma ideat żbaljati. Dan huma tgħawwiġ tal-fatti u interpretazzjonijiet ħżiena. Dawn huma punti li joħorġu minn estremisti. Meta l-mexxejja jagħtu tagħlim żbaljat, se jħallsu quddiem Alla għal dak li qed jagħmlu. Dawn huma nies li qed jiġu immanipulati u qed ikomplu jrawmu lil ħaddieħor bħalhom.

Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

 

More in Intervisti