'L-Ewropa tinsab magħkom... żmien id-dittaturi spiċċa' - Roberta Metsola

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tindirizza folla kbira ta' attivisti Ukreni li nġabret quddiem il-Parlament Ewropew, b'appoġġ lejn il-poplu tal-Ukrajna

Il-President tal-Parlament Ewropew ma' żewġ żgħażagħ Ukreni - Ritratt tal-Parlament Ewropew
Il-President tal-Parlament Ewropew ma' żewġ żgħażagħ Ukreni - Ritratt tal-Parlament Ewropew

"L-Ewropa tinsab magħkom illum u mhux se titlaq minn maġenbkom. Aħna qegħdin hawn, quddiem il-Parlament Ewropew, quddiem din id-dar tad-demokrazija u qed naħdmu sabiex jintbagħat messaġġ ċar lid-dinja." Hekk sostniet il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, meta wara sessjoni straordinarja tal-Plenarja li trattat l-aggressjoni Russa fuq l-Ukrajna, hija indirizzat mijiet ta' attivisti u Ukreni li kienu jinsabu barra l-binja tal-Parlament. 

Hija qalet illi l-Parlament Ewropew qed jisma' l-aspirazzjonijiet tal-poplu Ukren b'mod ċar u qalet illi fil-Parlament l-poplu Ukren għandu alleat. "Hemm bżonn ta' futur flimkien. Hemm bżonn il-kuraġġ tal-poplu tal-Ukrajna, sabiex il-futur ikun wieħed twil u ta' ġid. Il-ġlieda tagħkom, xegħlet xrara fid-dinja," qalet Metsola għaċ-ċapċip tal-mijiet preżenti. Hija reġgħet wegħdet l-għajnuna kollha possibbli lill-poplu Ukren b'kull mezz possibbli. 

"Żmien l-awtokraziji u d-dittaturi spiċċa. Se nżommu lil Vladimir Putin u l-oligarkiji kollha madwaru kontabbli," temmet tgħid il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola. 

Video is unavailable at this time.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024