Regoli ġodda tal-UE adottati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

Il-Parlament Ewropew adotta pakkett ta’ liġijiet li jsaħħu s-sett ta’ għodod tal-UE għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

Il-Parlament Ewropew adotta pakkett ta’ liġijiet li jsaħħu s-sett ta’ għodod tal-UE għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Il-liġijiet il-ġodda jiżguraw li l-persuni b’interess leġittimu, inklużi l-ġurnalisti, il-professjonisti tal-media, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet kompetenti, u l-korpi superviżorji, se jkollhom aċċess immedjat, mhux iffiltrat, dirett u liberu għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miżmuma fir-reġistri nazzjonali u interkonnessi fil-livell tal-UE. Minbarra l-informazzjoni attwali, ir-reġistri se jinkludu wkoll data li tmur lura mill-inqas ħames snin.

Il-liġijiet jagħtu wkoll aktar setgħat lill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (FIUs) biex janalizzaw u jidentifikaw każijiet ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll biex jissospendu tranżazzjonijiet suspettużi.

Diliġenza dovuta wiesgħa

Il-liġijiet il-ġodda jinkludu miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa u kontrolli fuq l-identità tal-klijenti, li warajhom l-hekk imsejħa entitajiet marbutin b’obbligu (eż. il-banek, il-maniġers tal-assi u l-kriptoassi jew l-aġenti tal-proprjetà immobbli u virtwali) iridu jirrapportaw attivitajiet suspettużi lill-FIU u lil awtoritajiet kompetenti oħra. Mill-2029, il-klabbs tal-futbol professjonali tal-ogħla livell involuti fi tranżazzjonijiet finanzjarji ta’ valur għoli ma’ investituri jew sponsors, inklużi dawk li jirreklamaw u t-trasferiment tal-plejers, se jkollhom jivverifikaw ukoll l-identitajiet tal-klijenti tagħhom, jimmonitorjaw it-tranżazzjonijiet, u jirrapportaw kwalunkwe tranżazzjoni suspettuża lill-FIU.

Il-leġiżlazzjoni fiha wkoll dispożizzjonijiet ta’ viġilanza msaħħa fir-rigward ta’ individwi sinjuri ħafna (ġid totali b’valur ta’ mill-inqas EUR 50,000,000, minbarra r-residenza ewlenija tagħhom), limitu madwar l-UE ta’ EUR 10,000 fuq pagamenti fi flus kontanti, ħlief bejn individwi privati f’kuntest mhux professjonali, u miżuri biex tiġi żgurata l-konformità ma’ sanzjonijiet finanzjarji speċifiċi u titneħħa li s-sanzjonijiet jiġu evitati.

Kontrollur ċentrali

Biex tissorvelja r-regoli l-ġodda dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, awtorità ġdida — l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AMLA) — se tkun stabbilita fi Frankfurt. L-AMLA se tkun inkarigata bis-superviżjoni diretta tal-entitajiet finanzjarji l-aktar riskjużi, li tintervjeni f’każ ta’ fallimenti superviżorji, li taġixxi bħala ċentru għas-superviżuri u li tagħmel medjazzjoni għat-tilwim bejniethom. L-AMLA se tissorvelja wkoll l-implimentazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati.

Il-pakkett kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Ġlieda Kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AML/CFT) jikkonsisti mis-sitt Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus(AML) (adottata bi xx vot favur, yy kontra, u zz astensjonijiet), ir-regolament tal-“ġabra unika tar-regoli” tal-UE (adottata bi xx vot favur, yy kontra, u zz astensjonijiet), u l-Awtorità Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) (adottata bi xx vot favur, yy kontra u zz astensjonijiet).

Il-pakkett kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Ġlieda Kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AML/CFT) jikkonsisti mis-sitt Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus(AML) (adottata bi 513 vot favur, 25 kontra, u 33 astensjonijiet), ir-regolament tal-“ġabra unika tar-regoli” tal-UE (adottata bi 479 vot favur, 61 kontra, u 32 astensjonijiet), u l-Awtorità Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) (adottata bi 482 vot favur, 47 kontra u 38 astensjonijiet).

Il-passi li jmiss

Il-liġijiet għad iridu jiġu adottati formalment mill-Kunsill ukoll, qabel il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.

Bl-adozzjoni tal-liġi, il-Parlament qed iwieġeb għat-talbiet taċ-ċittadini mressqa fil-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, b’mod partikolari l-proposta 16(1) u 16(2) dwar il-prevenzjoni tal-evażjoni fiskali u l-kooperazzjoni dwar it-tassazzjoni korporattiva.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024