'Dawn mhux mill-ġustizzja jinteressahom ... imma li jirremettu l-ħdura kontra Malta' - Agius Saliba

L-MEPs tal-Partit Laburista jwieġbu bil-qawwi għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew - fosthom ta' Roberta Metsola u David Casa - u jgħidu li l-għan tagħha kien li titfa' f'dell ikrah lill-Gvern u ma tirrikonoxxix ir-riformi li saru

Dalgħodu waslet ir-risporta tal-erba' MEPs Laburisti għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, li tiegħu huma parti Roberta Metsola u David Casa.  Ir-riżoluzzjoni dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia għaddiet b'635 vot favur u 46 kontra - bis-sitt MEPs Laburisti jkunu fost dawk li jivvutaw kontra.

L-aktar reazzjoni skjaċċanti fil-konfront ta' Metsola, Casa u tas-Segretarju Ġenerali tal-EPP u eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, kif mistenni, ġiet mingħand l-MEP Alex Agius Saliba.  Huwa akkuża lil Busuttil li hu mhux ġustizzja jrid.  "Ma jinteressahom xejn mill-ġustizzja u r-riformi illi qed nagħmlu. Jinteressahom biss illi jirremettu l-ħdura kontra l-Gvern u kontra pajjiżna!  Immiskom tistħu jekk dejjem fadlilkom żejt f’ wiċċkom!" kien il-messaġġ ta' Agius Saliba.  L-istess MEP ibieraħ tella' filmat illi fih qal kif kien qed ilaqqa' lir-raħħala u produtturi tal-ħalib Maltin sabiex issir diskussjoni dwar l-aġenda tagħhom favur għajnuna mill-UE. 

Għalhekk jużaha l-pożizzjoni tiegħu dan il-falz Simon Busuttil, biex jirremetti l-ħdura kontra pajjiżu 🇲🇹 Ma...

Posted by Alex Agius Saliba on Wednesday, April 28, 2021

Ilbieraħ ukoll Simon Busuttil qal li Malta qed tispiċċa fl-aġenda tal-Parlament Ewropew għax l-affarijiet f'pajjiżna - skont hu - mhux mexjin sew. 

Intant f'reazzjoni uffiċjali d-delegazzjoni Laburista fi ħdan l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi sostnew li r-riżoluzzjoni, però, ma tagħmilx ġustizzja mar-riformi kbar illi pajjiżna mexxa l-quddiem, "b’mod speċjali matul l-aħħar xhur sabiex ikompli jsaħħaħ l-istituzzjonijiet tagħna, riformi illi llum għandhom ukoll l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kummissjoni Venezja u anke l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea."

Kien għalhekk, jgħidu Alfred Sant, Alex Agius Saliba, Josianne Cutajar u Cyrus Engerer li huma vvutaw kontra. 

Stqarrija maħruġa mid-Delegazzjoni Laburista fi ħdan il-Grupp tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew Il-bieraħ...

Posted by Alfred Sant on Thursday, April 29, 2021

Huwa fatt li ħadd ma jista’ jmerih li f’Malta, speċjalment fl-aħħar xhur, Gvern Laburista mexxa riformi storiċi favur...

Posted by Josianne Cutajar on Thursday, April 29, 2021

Huma qalu illi r-riżoluzzjoni, minn naħa tmaqdar l-għoti ta’ maħfra waħda u l-użu ta’ plea bargain wieħed fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, biex imbagħad, ikomplu jisħqu, tuża xhieda mogħtija fil-qrati Maltin bħala riżultat ta’ din il-proċedura, ħalli tagħmel stqarrijiet politiċi u partiġġjani li - skont huma - jistgħu jivvizzjaw il-proċess ġudizjarju kollu.

 Qalu wkoll li r-riżouzzjoni tipprova "bla ebda ġustifikazzjoni twaddab dell skur fuq it-tmexxija tal-Gvern Laburista ta’ Robert Abela, minkejja li daħħlet riformi importanti fil-qasam tas-saltna tad-dritt u governanza tajba, rikonoxxuti anke mill-Kumissjoni Venezja u l-Kummissjoni Ewropea."  Huma qalu wkoll li r-riżoluzzjoni ftit li xejn tirrikonoxxi l-ħidma mwettqa "biex jiddaħħlu riformi bla preċedent, li l-ebda amministrazzjoni Nazzjonalista qatt ma riedet twettaq, fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u lil hinn."

"Għalkemm ħallew lil ħaddieħor jidher fuqha minflokhom, din ir-riżoluzzjoni hi spirata mid-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Grupp tal-Popolari," temmew jgħidu s-sitt MEPs Laburisti

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024