Kwazi 7,000 vot ma nġabarx fit-12 u 13-il distrett

2,400 dokument tal-vot ma nġabarx fl-10 distrett

Issa li fadal biss ftit ijiem għall-elezzjoni ġenerali, fadal 21,500 dokument tal-vot li għandu ma nġabarx. B' 3,400 dokument tal-vot mhux miġbura, il-maġġoranza tad-dokumenti li ma nġsbrux huma mit-tnax-il distrett, jiġifieri l-Mellieħa, parti min-Naxxar u San Pawl il-Baħar. 

Tajjeb li nfakkru li fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2017, l-ammont ta' dokumenti ta' voti li ma nġabrux kienu simili għal din is-sena. Infakkru wkoll li bħal-10 distrett, dan id-distrett għandu numru ta' votanti barranin. 

It-tieni l-aktar distrett li ma nġabrux għadd ta' dokumenti tal-vot kien it-13-il distrett, jiġifieri Għawdex. L-ILLUM tirrimarka li f'Għawdex għandek realtà ta' diversi Maltin li għandhom residenza f'Għawdex iżda primarjament joqgħodu Malta. 

Minn naħa l-oħra distrett ieħor li fih ma nġabrux ħafna voti huwa l-10 distrett, b'total ta' 2,400 vot mhux miġbur. L-10 distrett huwa l-aktar distrett b'saħħtu għall-Partit Nazzjonalista. Il-Gżira, parti min-Naxxar, Ta' Sliema, Baħar iċ-Ċagħaq, Pemroke u San Ġiljan kollha jagħmlu parti minn dan l-istess distrett. 

Biex tara xi trid tagħmel jekk trid tiġbor il-vot: Aqra hawn!

More in Elezzjoni 2022