L-azzjonisti tal-kumpanija Amerikana Tesla approvaw pakkett ta’ paga rekord għall-kap eżekuttiv tagħha, Elon Musk, li potenzjalment jista’ jilħaq kważi $1 triljun (€760 biljun). Il-vot, li għadda b’75% ta’ appoġġ, tħabbar waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-kumpanija li saret nhar il-Ħamis f’Austin, Texas.
Il-ftehim, deskritt bħala bla preċedent fl-istorja korporattiva, jorbot ir-remunerazzjoni ta’ Musk ma’ prestazzjoni u miri fit-tul ta’ Tesla fuq perjodu ta’ għaxar snin.
Jekk Musk jirnexxilu jkabbar b’mod drastiku l-valur tas-suq ta’ Tesla u jilħaq diversi miri strateġiċi, se jingħata aktar minn 400 miljun sehem ġdid fil-kumpanija — li, jekk il-valur tal-kumpanija jilħaq il-livell stmat, jistgħu jkunu jiswew sa $1 triljun.
Miri ambizzjużi fuq 10 snin
Il-pakkett jinkludi miri ambizzjużi li jvarjaw minn produzzjoni ta’ 20 miljun vettura Tesla fis-sena u miljun robot awtonomu, sa 10 miljun abbonament għas-servizz Full Self-Driving u profitt bażiku ta’ sa $400 biljun.
F’każ li jintlaħqu dawn il-miri kollha, il-valur tas-suq ta’ Tesla jkun jitla’ għal madwar $8.5 triljun, meta bħalissa jammonta għal madwar $1.4 triljun.i
Il-pakkett massivu ġibed kritika minn xi analisti u investituri li qalu li huwa eċċessiv, iżda l-bord ta’ Tesla sostna li l-kumpanija ma setgħetx taffordja li titlef lil Musk.
Wara l-approvazzjoni tal-ftehim, Musk telgħa fuq il-palk f’Austin fost ċapċip u għajjat ta’ sostenn minn dawk preżenti u saħaq li dak li ġej “mhux biss kapitlu ġdid, imma ktieb ġdid kollu għall-futur ta’ Tesla.”
Matul id-diskors tiegħu, Musk poġġa l-attenzjoni fuq il-proġett Optimus, robot awtonomu ta’ forma umana li l-kumpanija qed tiżviluppa. Il-prototip, imniedi fl-2022, huwa maħsub biex iwettaq kompiti perikolużi, monotoni jew tedjanti.
Din l-enfasi fuq il-robot ħasdet xi analisti, li kienu jittamaw li Musk jagħti aktar prijorità lir-rinfurzar tan-negozju ewlieni ta’ Tesla fil-vetturi elettriċi