María Corina Machado tiddedika l-Premju Nobel għall-Paċi lil Donald Trump

Ir-rebbieħa mhux mistennija tal-Premju Nobel għall-Paċi rringrazzjat lil Trump għas-sehem tiegħu fil-ġlieda għal-liberta' fil-Veneżwela 

María Corina Machado, ir-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi ta' din is-sena, iddedikat dan il-premju għall-President Amerikan Donald Trump, li wkoll kien innomimant għal dan il-premju.

"Niddedika dan il-premju għat-tbatija tan-nies tal-Veneżwela u lil President Trump għall-appoġġ deċisiv li wera lil kawża tagħna!" telgħet Machado fuq il-pjattaforma ta' X.

Machado hija waħda mill-iżjed mexxejja voċiferi tal-Oppożizzjoni fil-Veneżwela. Machado, li taħdem bħala inġiniera, qed tgħix f'biża ta' persekuzzjoni f'pajjiżha stess wara li ġiet skwalifikatha milli tikkontesta għall-elezzjonijiet presidenzjali tal-Veneżwela fl-2024. 

Il-politikanta Veneżweljana talbet l-għajnuna mingħand l-Amerka fil-ġlieda kontra d-dittatorjat fil-Veneżwela. 

Barra minn hekk, Machado hija alleata tal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu. Il-partit tagħha ffirma ftehiem mal-partit ta' Netanyahu sabiex tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-Iżraeljani u l-Veneżweljani.

More in Barranin