Imħallef Malti jirrifjuta li jinforza każ ta’ malafama Amerikan li aġġudika kumpens ta' €660 miljun

Il-Qorti Ċivili Maltija tiċħad talba biex tinforza sentenza ta’ qorti Amerikana li aġġudikat kumpens ta' €660 miljun għall-malafama • L-ammont ta’ kumpens jmur kontra l-ordni pubblika Maltija għax jaf ikollu effett dissważiv fuq il-ħelsien tal-espressjoni

L-Imħallef Toni Abela ddeċieda li l-ammont ta’ kumpens aġġudikat mill-qorti Amerikana tmur kontra t-twemmin ta’ Malta li l-ħelsien tal-espressjoni għandha tiġi mħarsa billi jiġu llimitati l-kumpens għal-libell
L-Imħallef Toni Abela ddeċieda li l-ammont ta’ kumpens aġġudikat mill-qorti Amerikana tmur kontra t-twemmin ta’ Malta li l-ħelsien tal-espressjoni għandha tiġi mħarsa billi jiġu llimitati l-kumpens għal-libell

Il-Qorti Ċivili Maltija ċaħdet talba biex tiġi infurzata sentenza ta’ malafama li tiswa l-miljuni deċiża minn qorti Amerikana, bir-raġunament li s-sentenza mhix kumpatibbli mal-framework legali u l-ordni pubblika Maltin.

L-Imħallef Toni Abela ċaħad it-talba magħmula minn Mehmet Tatlici biex tiġi infurzata sentenza mill-Qorti taċ-Ċirkwit ta’ Florida li aġġudikat favurih kumpens ta’ €659,932,000 wara każ ta’ malafama kontra Ugor Tatlici.

Fid-deċiżjoni tiegħu, Abela identifika bosta kwistjonijiet legali u proċedurali li pprevenu l-infurzar tas-sentenza Amerikana f’Malta.

Il-qorti rrimarkat li d-dokumenti sottomessi mill-pretendent ma kinux kompluti. Is-sentenza mill-qorti ta’ Florida ġiet ippreżentata b’numru ta’ redazzjonijiet, u l-qorti stqarret li ma setgħatx tivverifika jekk is-sentenza fl-intier tagħha kinitx konformi mal-liġi Maltija.

Is-sentenza stqarret li “mhix f’idejn deputat uffiċjal klerikali ta’ qorti barranija biex jiddetermina f’jista’ jiġi inkluż fis-sentenza. Mingħajr id-deċiżjoni kompluta, il-qorti ma tistax tiddetermina jekk is-sentenza għandhiex elementi li jmorru kontra l-ordni pubblika ta’ Malta.”

Il-qorti kompliet billi qalet li l-infurzar ta’ penali finanzjarju sinifikanti mingħajr ġustifikazzjoni ċara fis-sentenza tmur kontra l-prinċipji legali ta’ Malta. Fil-liġi Maltija, kumpens minħabba malafama huwa ħafna iktar baxx mill-ammont aġġudikat fil-każ ta’ Florida.

Is-sentenza Maltija indirizzat ukoll biżgħat li s-sentenza Amerikana tista’ tiġi kklassifikata bħala kawża strateġika kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPP). Il-qorti ssottolinjat il-pożizzjoni ta’ Malta kontra penalijiet finanzjari eċċessivi f’każijiet ta’ malafama, fejn ukoll irrimarkat li kumpensi għoljin jista’ jkollhom effett dissważiv fuq il-ħelsien tal-espressjoni.

“L-istat ta’ Malta jagħti iktar importanza lid-dritt tal-ħelsien tal-espressjoni minn deterrenti finanzjari eċċessivi,” tgħid is-sentenza. “Jekk inħallu l-infurzar ta’ dis-sentenza, ħa jinfetħu l-bibien biex sentenzi ta’ malafama barranin jistgħu jkunu użati kontra ċittadini Maltin.”

Barra minn hekk, il-qorti sabet difetti ġuriżdizzjonali fil-każ. Filwaqt li Ugor Tatlici akkwista ċittadinanza Maltija permezz tal-Programm tal-Investitur Individwali, ma kienx qed jgħix Malta. Il-qorti ddeċidiet li m’għandhiex il-ġuriżdizzjoni meħtieġa biex tinforza s-sentenza barranija taħt il-liġi Maltija.

Sforz dawn l-ostakli legali u proċedurali, il-qorti fl-aħħar iddeċidiet kontra l-infurzar tas-sentenza ta’ Florida. Ordnat lil Mehmet Tatlici biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż legali tal-każ.

More in Barranin