Malta ngħaqdet ma' 78 pajjiż ieħor biex tikkundanna s-sanzjonijiet imposti mill-President Amerikan Donald Trump kontra l-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC).
"Il-Qorti taqdi rwol vitali fis-sistema tal-ġustizzja internazzjonali billi tiżgura r-responsabbiltà għall-aktar delitti serji internazzjonali u ġustizzja għall-vittmi," iddikjarat ir-rappreżentati permanenti ta' Malta għan-Nazzjonijiet Uniti, Vanessa Frazier, f'post fuq Instagram.
Din ir-reazzjoni waslet wara li Trump ipproklama ordni eżekuttiva li tiffriża l-assi u tippermetti projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fuq uffiċjali tal-ICC u l-familji tagħhom, wara li l-ICC ħarġet mandati ta' arrest kontra l-Prim Ministru Iżrajeljan Benjamin Netanyahu u uffiċjali oħra fuq allegazzjonijiet ta' delitti tal-gwerra f'Gaza.
Trump iffirma din l-ordni nhar il-Ħamis, u qal li l-ICC "abbużat mill-poter" meta ħarġet mandat ta' arrest kontra Netanyahu, wara li ltaqa' miegħu nhar it-Tlieta.
Malta, flimkien ma' 78 pajjiż oħra fin-Nazzjonijiet Uniti u fl-Unjoni Ewropea, ikkundannaw bil-qawwa d-deċiżjoni ta' Trump.
L-ismijiet tal-persuni affettwati mis-sanzjonijiet ma ġewx rilaxxati immedjatament, izda s-sanzjonijiet preċedenti tal-Istati Uniti taħt Trump kienu ffukati fuq il-prosekutur tal-Qorti.