Jisħnu l-irjus f’Malmö, l-Iżrael u l-Olanda jidħlu fl-inkwiet

Joost Klein, l-artist tal-Eurovision għall-Olanda, qed jiġi investigat mill-Unjoni Ewropea tax-Xandir minħabba 'inċident' u mhux se jerġa’ jagħmel prova qabel 'avviż ieħor'

Ritratt minn X,mehud waqt konferenza stampa il-Ħamis filgħaxija.
Ritratt minn X,mehud waqt konferenza stampa il-Ħamis filgħaxija.

Joost Klein, l-artist tal-Eurovision għall-Olanda, qed jiġi investigat mill-Unjoni Ewropea tax-Xandir (EBU) minħabba “inċident” u mhux se jerġa’ jagħmel prova qabel “avviż ieħor”.

Il-kantant Olandiż ta’ 26 sena tilef postu fil-rehearsal ta’ qabel l-aħħar spettaklu f’Malmö, l-Isvezja, nhar il-Ġimgħa, fejn kellu jipprova l-prestazzjoni għad-diska ‘Europapa’ fil-ħames post, qabel Eden Golan ta’ 20 sena mill-Iżrael bil-kanzunetta tagħha ‘Hurricane.’

Klein kien kien parti mill-parata tal-bnadar fil-bidu tar-rehearsal, u mexa madwar il-palk bil-kostum, iżda mbagħad naqas milli jidher fuq il-palk għall-prestazzjoni tiegħu madwar 30 minuta wara.

Filmati wara l-kwinti ssuġġerixxew kumplikazzjonijiet waslu biex Klein ma jitħallhiex jagħmel prova, u b’hekk Golan tieħu postu.

Għadu mhux ċar jekk Klein hux se jkun fil-finali tal-Eurovision Song Contest is-Sibt.

Il-filmati fuq il-pjattaforma ‘X’, issuġġerixxew li kollox beda’ l-Ħamis filgħaxija, meta wara l-prestazzjonijiet, il-kantanti nġabru f’konferenza tal-aħbarijiet.

Sintendi din ġabret l-10 atti mit-tieni semi-finali magħżula għall-finali, inkluż l-Iżrael u l-Olanda.

Lejn tmiem il-konferenza tal-aħbarijiet, Golan ġiet mistoqsija jekk taħsibx li qed tikkawża riskju għas-sigurtà tal-parteċipanti l-oħra billi tattendi l-avveniment.

Il-moderatur tal-konferenza, il-preżentatur Żvediż Jovan Radomir, qal lil Golan li ma kellhiex għalfejn twieġeb il-mistoqsija jekk ma tridx.

Pero’ Klein għajjat ​​b'leħen għoli: "Għaliex le?"

Inċident bħal dan kien mistenni minn ħafna, bl-EBU saħansitrra tħabbar ftit qabel il-ftuħ li l-bandiera tal-Palestina ġiet ipprojbita.

EBU qalet li l-organizzaturi jirriżervaw id-dritt li jneħħu kwalunkwe bnadar Palestinjani u simboli favur il-Palestinjana fl-ispettaklu l-ġimgħa d-dieħla fl-Isvezja.

L-aħbar saret fost tensjonijiet kbar madwar il-parteċipazzjoni ta’ Iżrael fil-kompetizzjoni annwali tal-mużika.

Fil-Eurovision din is-sena ħadu sehem 37 pajjiż, fosthom Malta.

Sarah Bonnici, f’isem Malta, fetħet it-tieni semifinali bil-kanzunetta “Loop”, iżda sfortunatament ma rnexxilhiex tgħaddi għal finali.

More in Barranin