L-amministrazzjoni Trump tħabbar bdil fil-font uffiċċjali!

Id-deċiżjoni hija waħda minn għadd ta’ miżuri kontroversjali mmirati kontra hekk msejħa miżuri ‘Woke’

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Marco Rubio
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Marco Rubio

L-amministrazzjoni qiegħed jagħmel pass lura mill-użu ta’ font tal-kitba minħabba li huwa allegament font ‘Woke.’  Kelma li tirreferi għall-użanzi liberali.

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Marco Rubio ordna lill-diplomatiċi Amerikani sabiex jibdew jużaw il-font ‘’Times New Roman’’ bħala l-font għall-komunikazzjonijiet uffiċjali minflok il-font ‘’Calibri,’’ illi ġie introdott mill-amministrazzjoni ta’ Joe Biden u skont Rubio qed jiġi deskritt bħala mossa maħsuba għal iżjed diversita’ u inklużjoni li m’għandhiex skop.

Id-Dipartiment tal-Istat beda juża ‘’Calibri’’ minħabba li huwa eħfef għal persuni b’diżabbilita’ fil-vista’ tagħhom sabiex jaqraw. Iżda għall-amministrazzjoni ta’ Donald Trump, donnu l-persuni b’diffikultajiet fil-vista tagħhom m’għadhomx ta’ importanza.

Filwaqt illi din hija miżura li se tirriżulta f’daqqa ta’ ħarta għall-persuni b’diffikultajiet fil-vista, din qiegħda tiġi meqjusa wkoll bħala eżempju ieħor ta’ kif l-Amerikani qegħdin jirrifjutaw il-legat tal-Unjoni Ewropea. Il-font Calibri nħoloq mill-Olandiż Lucas de Groot, filwaqt illi l-font ‘’Times New Roman’’ ġie mfassal mill-gazzetta The Times of London.

Madanakollu, id-deċiżjoni jaf tirrifletti l-fatt li studju jissuġġerixxu li l-font ‘’Calibri’’ huwa iktar popolari fost persuni b’tendenzi liberali, filwaqt li l-font ‘’Times New Roman’’ hues iktar popolari fost dawk b’tendenzi konservattivi.

More in Barranin