Ikomplu l-protesti fiċ-Ċina kontra r-restrizzjonijiet tal-Covid-19; Ġlied mal-Pulizija f'Guangzhou

Fl-aħħar jiem iċ-Ċina rat żieda qawwija fil-każi ta’ Covid-19 u dan minkejja li għadhom fis-seħħ fost l-aktar restrizzjonijiet strett

Dimostranti fil-belt Ċiniża ta’ Guangzhou spiċċaw f’kunflitt dirett mal-pulizija hekk kif madwar iċ-Ċina komplew il-protesti vjolenti kontra r-restrizzjonijiet tal-Covid-19. 

Filmati mxerrda fuq il-midja soċjali juru l-pulizija jipprovaw jilqgħu bit-tarki l-ġebel u anke fliexken imwaddba lejhoom mid-dimostanti.

Aktar ritratti u filmati juru diversi persuni jiġu arrestati.

Fl-aħħar jiem iċ-Ċina rat żieda qawwija fil-każi ta’ Covid-19 u dan minkejja li għadhom fis-seħħ fost l-aktar restrizzjonijiet stretti.

Din il-protesta ssegwi oħrajn li saru fl-aħħar jiem wara li nirien fi blokka ta’ appartamenti, f’Urimqi, ħallew għaxar persuni mejta.

Bosta qed jisħqu li dawn mietu minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19, inkluż għax dawn il-persuni ma setgħux joħorġu.

Kien dan li wassal biex eluf ta' persuni jinżlu jipprotestaw kontra r-restrizzjonijiet u kien hemm min saħansitra talab għar-riżenja tal-president Xi Jinping.

Aqra wkoll: Il-Pulizija Ċiniża ssegwi l-passi ta' dawk li niżlu jipprotestaw kontra r-restrizzjonijiet tal-Covid-19

More in Barranin