Thomas Tuchel jilħaq maniġer tal-Ingliżi

Aħbarijiet tassew eċċitanti għad-dilettanti tal-futbol Ingliż hekk kif l-inċertezza dwar il-ħatra ta' manager ġdid intemmet b'avviż it-Tlieta filgħaxija. Inti x'taħseb? Thomas Tuchel se jkun falliment ieħor fil-lista twila ta' maniġers li diġà kellhom Ingliżi, jew dan hu pass fid-direzzjoni t-tajba?

Aħbarijiet tassew eċċitanti għal dawk kollha dilettanti tal-futbol Ingliż hekk kif l-inċertezza dwar il-ħatra ta' manager ġdid intemmet b'avviż it-Tlieta filgħaxija. Il-Ġermaniz ta' 51 sena, Thomas Tuchel, se jkun qed imexxi t-tim nazzjonali tal-irġiel tal-Ingilterra qabel it-Tazza tad-Dinja tal-2026.

Din se tkun it-tielet darba fl-istorja tat-tim li persuna barranija se tmexxi hi, wara l-Iżvediż Sven-Göran Eriksson u t-Taljan Fabio Capello.

Meta ġie intervistat mill-BBC, il-kowċ il-ġdid tal-Ingilterra qal li jħossu kburi li se jkun qed jieħu f'idejh it-tmexxija.

"L-opportunità li nirrappreżenta l-Ingilterra hija privileġġ kbir, u l-possibbiltà li naħdem ma’ dan il-grupp speċjali u talentuż ta’ plejers hija eċċitanti ħafna," żied jgħid.

L-ex kowċ ta' Bayern Munich tkellem ukoll dwar il-konnessjoni tiegħu mal-pajjiż u jidher li huwa kompletament impenjat li jirbaħ trophies għall-Ingilterra li ilhom ma jirbhu unur internazzjonali minn 1966.

Inti x'taħseb? Se jkun falliment ieħor fil-lista twila ta' maniġers li diġà kellhom l-Ingliżi, jew dan hu pass fid-direzzjoni t-tajba?

More in Sports