Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport f'Malta
L-avvenimenti ewlenin f'Malta se jittellgħu fit-23 u l-24 ta' Settembru
Il- Koordinatriċi tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport fi ħdan SportMalta Rose Marie Mercieca ħabbret għal darb’oħra dan l-avveniment għal din is-sena.
Dan huwa avveniment li jittella’ matul l-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, fuq inizjattiva
Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport, li ssir kull sena matul l-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, hija tal-Kummissjoni Ewropea, bil-għan li tippromwovi l-attività fiżika permezz tal- isport fl-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.
Din tagħmel enfasi fuq il-ħtieġa tal-ħajja attiva, billi tippromovi l-ġlieda kontra stili ta’ ħajja sedentarja., organizzazzjonijiet sportivi, u impenn komunitarju permezz ta’ gvernijiet lokali u attivitajiet fil-beraħ.
Tul din il-ġimgħa, SportMalta se tkun qed torganizza żewġ avvenimenti ewlenin.
Is-Sibt 23 ta’ Settembru fis-6:45 p.m, se tittella’ is-Serata BeActive fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Dan se jibda b’mixja mill-Kalkara, segwita minn sfida ta’ fitness b’aktar minn 300 atleta reġistrat, sessjonijiet ta’ fitness għall-pubbliku, u kampjonat tal-waterpolo f’pixxina ta’ daqs Olimpiku. tal-Kottonera, se tenfasizza l-fitness bħala l-fokus primarju.
L-avveniment ewlieni l-ieħor, imfassal għall-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa Sports Grounds, se jittrasforma l-grounds f’villaġġ sportiv li jkun fih aktar minn 20 dixxiplina sportive differenti.
B’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, diversi klabbs u organizzazzjonijiet sportivi se jorganizzaw ukoll l-avvenimenti tagħhom stess, li jħeġġu aktar u aktar nies ikunu attivi permezz tal-isport.
Din is-sena, SportMalta qed tissieħeb ma’ diversi fitness centres, li jifthu il-bibien tagħhom għal sessjonijiet b’xejn nhar is-Sibt, 30 ta’ Settembru, bil-għan li tinkoraġġixxi l-eżerċizzju regolari.
SportMalta qed torganizza wkoll attivitajiet fiżiċi ta’ team building fil-postijiet tax-xogħol, sabiex tilħaq aktar nies f’ambjent li jqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom.
Dan minbarra li, matul is-snin, SportMalta pproduċiet ukoll bosta filmati taħt l-inizjattiva BeActiveAtHome, li tilħaq lil dawk li jippreferu jagħmlu eżerċizzju fil-kumdità ta’ djarhom.
Is-Segretarju Permanenti għall-Edukazzjoni Matthew Vella esprima l-
gratitudni tiegħu lejn SportMalta “għall-isforzi dedikati tagħhom fil-promozzjoni tal-isport u biex jassiguraw li aktar nies f’Malta jgħixu stili ta’ ħajja attivi u b’saħħithom.” Saħaq li “l-missjoni ta’ SportMalta li tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-isport u l-għajxien attiv għas-saħħa u l-benessri tal-komunità hija ta’ min ifaħħarha.”
Vella żied li, “attività fiżika mhux bilfors tfisser li wieħed jidħol fi sport kompetittiv; jista’ jinvolvi wkoll il-parteċipazzjoni f’attivitajiet disponibbli fi ħdan il-komunitajiet lokali.”
Il-Ministru Clifton Grima esprima l-apprezzament mill-qalb lill-impjegati kollha ta’ SportMalta “għall-isforzi eżemplari tagħhom fil-promozzjoni tal-isport u l-attività fiżika.”