Bnadar tar-Russja u tal-Belarussja projbiti fl-Australia Open wara logħba taħraq bejn l-Ukrajna u r-Russja
Partitarji Ukreni akkużaw lir-Russi preżenti li pruvaw jintimidaw lill-plejer tat-tennis Ukrena Kateryna Baindl
Fit-tournament tat-tennis 'Australian Open', li qed jiġi organizzat f'Melbourne, ġew projbiti l-bnadar tar-Russja u tal-Belarus. Din ir-regola ma daħlitx fis-seħħ mal-bidu ta' dan it-tournament, jiġifieri fis-16 ta' Jannar, hekk kif dawn kienu permessi, bil-patt u l-kundizzjoni li ma joħolqux "xkiel", f'Melbourne Park.
Madankollu fl-aħħar sigħat fl-Awstralja, daħlet fis-seħħ il-projbizzjoni "b'mod immedjat" hekk kif waqt logħoba bejn l-Ukrena Kateryna Baindl u r-Russa Kamilla Rakhimova, partitarju ħareġ bandiera Russa.
Partitarji Ukreni saħansitra ċemplu lill-Pulizija u ġibdu l-attenzjoni tal-uffiċjali tas-sigurtà waqt l-ewwel fażi tal-logħoba għax saħqu li l-partitarji Russi bdew jippruvaw jipprovokaw lil Baindl. Tant hu hekk li partitarja saħqet mal-midja Awstraljana li "it-tennis court ma kinitx kbira, il-partitarji kienu qrib ħafna tal-plejers u seta' jinħass element ta' intimidazzjoni."
Min-naħa tiegħu wieħed mill-partitarji Russi sostna mal-midja li kien qiegħed jagħti sostenn lil Rakhimova li, "ma kien hemm ebda diżrispett."
Tajjeb li nfakkru li atleti taż-żewġ naħat ġew projbiti milli jilgħabu f'kompetizzjonijiet internazzjonali ta' sport differenti, inkluż il-Wimbledon.
I strongly condemn the public display of the Russian flag during the game of the Ukrainian tennis player Kateryna Baindl at the Australian Open today. I call on Tennis Australia to immediately enforce its “neutral flag” policy. @TennisAustralia @AustralianOpen pic.twitter.com/zw8pLN4FIF
— Vasyl Myroshnychenko (@AmbVasyl) January 16, 2023