Manchester United se jfittxu lil Ronaldo u jipprojbixxuh milli jerġa' jilgħab mat-tim
Ronaldo qal f'intervista skjaċċanti li l-uffiċjali ma wrewx empatija meta tilef lill-ibnu, fost ħafna allegazzjonijiet oħra
Il-klabb Ingliż Manchester United appuntaw żewġ avukati bil-għan li jfittxu lill-plejer ta' fama internazzjonali Cristiano Ronaldo kif ukoll li jipprojbixxuh milli jerġa' jilgħab magħhom. Huma se jkunu qed jirrikorru għal azzjoni legali minħabba "ksur tal-kuntratt."
Dan se jsir b'reazzjoni għall-intervista skjaċċanti li kellu l-plejer mal-ġurnalist kontroversjali Piers Morgan li matula għamel għadd ta' allegazzjonijiet fuq it-tim, inkluż li tradewh, li qiegħed jiġi mwarrab mil-klabb stess, li eżekuttivi tal-klabb ma wrewx empatija meta tilef lill-ibnu f'April li għadda, li s-sidien tal-klabb ma jinteressahomx mill-klabb innifsu u li l-maniġer tat-tim - Erik ten Hag - ma jirrispettahx.
Il-klabb ma kienux infurmati b'din l-intervista u fil-fatt l-plejer ta' 37 sena ġie infurmat li wara l-logħob tat-tazza tad-dinja ma jerġax jirritorna lura għall-bażi tat-training. Intant Ronaldo kien diġà ipprova jitlaq mill-klab fis-sajf li għadda.