White Eagles jibqgħu jżommu rekord perfett bir-raba' rebħa konsekuttiva
Min-naħa l-oħra l-eqreb rivali tagħhom Titans tilfu l-logħba kontra Moon u ta’ dan approfittaw United Stars li bir-rebħa fuq Mighty Knights laħquhom fit-tieni post tal-klassifika

Hekk kif intlagħbet ir-raba’ ġurnata tal-Malta Mini Football League, White Eagles baqgħu jżommu r-rekord perfett tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun hekk kif kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva. Min-naħa l-oħra l-eqreb rivali tagħhom Titans tilfu l-logħba kontra Moon u ta’ dan approfittaw United Stars li bir-rebħa fuq Mighty Knights laħquhom fit-tieni post tal-klassifika.
Għal darb’oħra kellna erba’ logħbiet ferm interessanti li fihom ġew skorjati xejn inqas minn 65 gowl. Kif għidna l-liders White Eagles ftit sabu diffikultà sabiex jegħlbu lil Churchill Wise Guys bl-iskor ta’ 8-2.
Għal White Eagles, Zeljko Brkovic kien f’forma mill-aqwa meta skorja hat-trick b’Aleksandar Marinkovic u Zvezdan Vukovic jiskorjaw doppjetta. Darko Zivkovic żied ieħor għat-tim tiegħu sabiex aċċertahom mit-tliet punti ferm prezzjużi.
Għal Churchill Wise Guys kien Silas Caruana li skorja doppjetta.
United Stars reġgħu rritornaw għar-rebħ meta b’wirja mill-aqwa huma ddominaw u rebħu lil Mighty Knights bl-iskor kbir ta’ 21-4.
L-Istilel kienu fl-aqwa mument tagħhom u wara t-telfa xi ftit żvinturata kontra White Eagles fil-ġurnata ta’ qabel, riedu jibqgħu fit-taqtigħa għall-kampjonat.
Sead Hoxha skorja sitt gowls filwaqt li LeontievKonda sab ix-xibka ħames darbiet. Min-naħa l-oħra Dos Santos Abner Martins u Kevin Sammut wettqu hat-trick u Santos Junior Wallace Oliveira kellu s-sodisfazzjon li jiskorja doppjetta.
Kyle Cesare u Zoran Tanaskovic żiedu aktar gowls għal United Stars.
Mighty Knights naqqsu l-marġni tal-iskor bi tliet gowls ta’ Massimo Grima u ieħor ta’ Darren Attard.
Moon kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara logħba missielta kontra Titans li huma rebħuha bl-iskor ta’ 8-6. Kienet logħba ferm pjaċevoli li paxxiet lil dawk preżenti jaraw il-logħba fil-grawnd tal-Marsa.
Mathieu Verdonck, Juan Navarro u Jordi Urlings skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Pierre Yves Joubert u James Noonan sabu x-xibka darbtejn oħra.
Għal Titans, li kellhom logħba tajba ferm, skorjaw Bledi Alla (erba’ gowls) u Alan Errington (doppjetta).
Finalment Buda kisbu l-ewwel rebħa staġjonali wara skor kbir ta’ 13-3 kontra Club de Swat.
Buda kienu determinati li jiksbu t-tliet punti importanti sa mit-tisfira tar-referì u skorjaw permezz ta’ erba’ gowls ta’ Fabio Spina, hat-trick ta’ Laszlo Kobor u Matyas Toth u gowls oħra ta’ Gyorgy Kovesi, Adam Horvath u Peter Vekony.
Club de Swat, li għadhom qed ifittxu l-ewwel punti tagħhom għal dan l-istaġun, skorjaw il-gowls ta’ konsolazzjoni permezz ta’ doppjetta ta’ Lamin Saidy u Ashif Ali Kalathil.
Wara li kulħadd lagħab erba’ logħbiet din hi l-klassifika tal-Malta Mini-Football Association.
White Eagles 12, UnitedStars, Titans 9, Moon, Churchill WiseGuys 6, MightyKnights, Buda 3, Club de Swat 0