'Riżultat bħal dan jimmotivani biex inkompli nistinka'

Ella Borg, ġinnasta ta’ 15-il sena spiċċat l-ewwel meta kkompetiet kontra 22 atleta minn pajjiżi bħall-Italja, l-Ingilterra u l-Bulgarija fost l-oħrajn

Bejn is-7 u t-8 ta’ Diċembru seħħet il-kompetizzjoni ‘Memorial Laza Krstić and Marica Dželatović’ ġewwa Novi Sad, is-Serbja.

Il-ġinnasta ta’ 15-il sena Ella Borg rebħet il-first overall meta kkompetiet kontra 22 atleta minn pajjiżi bħall-Italja, l-Ingilterra u l-Bulgarija fost l-oħrajn. Kisbet ukoll żewġ medalji fil-finali, deheb fuq il-beam u bronż fuq il-floor.

“Din kienet il-ħames darba li kkompetejt f’din il-kompetizzjoni u dejjem ksibt xi midalja. Is-sena l-oħra ġejt third overall u wara sena ta’ taħriġ u esperjenzi f’kompetizzjonijiet bħall-World Championship u l-European Championships irnexxieli ntejjeb ir-riżultat,” qalet Ella, “Riżultat bħal dan jimmotivani biex inkompli nistinka, speċjalment minħabba li s-sena d-dieħla se nkun qed nikkompeti fis-sezzjoni tas-seniors.”

“Nixtieq nirringrazzja lill-klabb tiegħi Gymstars, lill-kowċis tiegħi Nataliya Berehova u Antonina Djurova, lill-Malta Gymnastics Federation, lill-Maltese Olympic Committee, Sport Malta u n-National Sport School tas-sapport kontinwu li jagħtuni.” temmet tgħid Ella.

More in Sports