Il-Qorti tal-Appell tbiddel is-sentenza ta' żewġ plejers tal-U21

Il-Qorti semmet kif iż-żewġ plejers ma kienux rrappurtaw l-approċċ lejn l-awtoritajiet...

 

Il-Qorti tal-appell kriminali sabet lill-plejers Kyle Cesare u Emanuel Briffa ħatja li assoċjaw ruħhom u li ftehmu li jaċċettaw flus sabiex ikunu manipulati l-partiti ta’ Malta kontra l-Montenegro u r-Repubblika Ċeka fil-kwalifikazzjonijiet għall-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt il-21 sena.

Lura f' Awwissu 2016 il-Qorti tal-Maġistrati kienet ddeċidiet li l-żewġ plejers kienu immaturi u li l-ġudizzju tagħhom kien sfurzat mill-pressjoni soċjali. Cesare u Briffa kienu nstabu mhux ħatja, għaliex aġixxew taħt "forza ma setgħux jirreżistu".

Dalgħodu l-Imħallef Giovanni Grixti, li jippresjedi l-Qorti tal-Appell, qal li ma kien hemm l-ebda evidenza biex tappoġġa l-konklużjoni tal-ewwel qorti.

Iż-żewġ plejers ma kienux rrappurtaw l-approċċ lejn l-awtoritajiet u apparti minn hekk kellhom żewġ laqgħat oħra li fihom ifformulaw pjan biex jimanipulaw l-logħba. Kien dan il-pjan li l-qorti ħasset li kien biżżejjed biex tikkostitwixxi l-element kruċjali tar-reat, li l-ewwel qorti kienet qalet li kienet nieqsa, l-imħallef osserva.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Appell illiberat lil Cesare u Briffa bil-kundizzjoni li ma jagħmlux reat ieħor fi żmien sentejn.

Kyle Cesare ta' 22, u Emanuel Briffat ta' 23 kienu tnejn fost sitt plejers li xahar li għadda ġew sospiża mill-Bord ta 'Kontroll, Etika u Dixxiplina tal-UEFA, fuq akkużi ta' tixħim

Il-Bord tal-Kontroll, l-Etika u d-Dixxiplina tal-UEFA impona sospensjoni fuq sitt plejers ta’ taħt il-21 sena ta’ Malta. Dan wara każ ta' tixħim li sar lura fl-2016 waqt il-logħbiet kontra l-Montenegro u r-Repubblika Ċeka.

 

More in Sports