Angelo Chetcuti minflok Bjorn Vassallo fl-MFA

Bjorn Vassallo irreżenja mill-kariga biex jibda ħidma mal-FIFA

Is-segretarju ġenerali l-ġdid tal-MFA, Angelo Chetcuti
Is-segretarju ġenerali l-ġdid tal-MFA, Angelo Chetcuti

Angelo Chetcuti, se jkun qed jieħu post Bjorn Vassallo bħala segretarju ġenerali tal-Malta Football Association, wara li dan tal-aħħar ingħata kariga fi ħdan il-FIFA. 

Chetcuti huwa viċi President ta’ Birzebbuga FC u Membru tal-Kunsill u tal-Eżekuttiv tal-MFA. Din l-aħbar kienet ikkonfermata fil-Kunsill tal-MFA li sar illum wara nofsinhar fis-sala tas-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.

Chetcuti jibda fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-MFA b’mod effettiv mill-1 ta’ Diċembru 2016.

Fi stqarrija, l-MFA ferħet lill-Vassallo fl-irwol il-ġdid tiegħu waqt li awgurat lil Angelo Chetcuti fil-kariga l-ġdida tiegħu.

More in Sports