Iċ-Ċerman ta' Sport Malta jikkritika l-kummentaturi tal-PBS u l-logħob difensiv tal-Maltin

'Ħafna għandhom bżonn ikunu lesti joħorġu mill-comfort zone tagħhom'

Luciano Busuttil, il-membru Parlamentari Laburista u ċ-ċerman ta' Sport Malta fuq il-facebook tiegħu ħareġ jikkritika lill-kummentaturi tal-PBS li kkumentaw il-partita bejn L-Ingilterra u Malta u anke l-mentalita difensiva tat-team Nazzjonali Malti li naqas li joffri xi tip ta' attakk fil-konfront kontra l-Ingilterra f'Wembley. Luciano Busuttil li hu magħruf għal mod skjett kif jikkritika dak li ma jaqbilx miegħu faħħar ukoll lil partitarji maltin li telgħu jissaportjaw lit-team Nazzjonali Malti għal mod kif kienu jsemmgħu leħinhom mal-banda li tellgħu. Il-kitba ta' Luciano Busuttil li hu ċ-ċerman ta' SportMalta fiha ċertu 'weight' u fuq facebook kiteb hekk:

Titlef 2-0 jew 12-1 xorta tkun tlift. Toħroġ b'rasek mgħollija biss jekk waqt il-logħba tkun ippruvajt tattakka.  Jekk mhux se nbiddlu l-mentalita, inkluż tal-kummentaturi tal-PBS, qatt m'aħna se nibdew nagħmlu l-qabża fil-kwalita fil-futbol. Ħafna għandhom bżonn ikunu lesti joħorġu mill-comfort zone tagħhom. Prosit lis-supporters Maltin. Smajnikom tkantaw mal-banda!

Mhux kulħadd qabel miegħu fejn anke wieġbu Franco Debono li kiteb, "inżommu saqajna mal-art".

More in Sports