'Intom toqgħodu fejn ngħidulkom'

Membri tal-Klabs tal-premier ħassewhom offiżi u telqu l-barra

Keith Perry, president ta' Sliema Wanderers, Adrian Delia, president ta' Birkirkara, Stephen Abela u Dione Borg, is-segretarji ta' Hibs u Floriana, telqu l-barra mil-laqgħa tal-Kunsill meta ħassewhom offiżi li fil-laqgħa ingħataw siġġu fejn għażel il-president tal-MFA. Meta dawn staqsew ir-raġuni għaliex sar dan u wrew li ma jaqblux Norman Darmanin Demajo li għadu kif ingħata vot qawwi biex iservi għal tliet snin oħra bħala president tal-MFA weġibhom,  “intom toqghodu fejn nghidulkom”. 

Minħabba dan il-każ il-Premier Division Standing Commitee ħareġ stqarrija li qalet li meta d-Dede tkellem hekk kien b’ton ta’ nuqqas ta’ rispett mill-President tal-MFA li qieghed f’dik l-posizzjoni biex isservi lil clubs u mhux bil-kontra. Aktar minn hekk, Il-PDSC jikkundanna l-aġir tal-President tal-MFA li ma ħalliex rappreżentanti ta' klabbs tal-Premier jieħdu sehem fil-laqgħa tal-bierah u offrielhom biss żewġ alternattivi: jew ipoġġu fejn riedhom hu inkella jitilqu 'l barra.

Il-PDSC jiehu l-okkazjoni biex jispjega r-ragunijiet ghaliex ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal- President tal-MFA, jew ta' xi struttura oħra tal-MFA, li tiddaħħal proċedura ġdida dwar fejn u kif għandhom ipoġġu r-rapppreżentanti tal-klabbs waqt il-laqgħat tal-MFA.

Din il-proċedura ġdida ddaħħlet fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-MFA mingħajr konsultazzjoni mal-klabbs u lbierah kien stabbilit li din iddaħħlet propju minħabba r-rappreżentanti tal-klabbs tal-Premier. Kien propju l-President tal-MFA li ddikjara li din is-sistema l-ġdida kienet iddaħħlet minħabba li, skont kif hu inġustament allega, rappreżentanti tal-klabbs tal-Premier kienu qed joqgħodu ħdejn xulxin waqt il-laqgħat u joħolqu forma ta' 'każin'.

Il-PDSC jsostni li l-uffiċjali ta' kla bbs tal-Premier kienu jpoġġu ħdejn xulxin waqt il-laqgħat tal-Kunsill tal-MFA propju minħabba l-esiġenza li tista' tinqala waqt laqgħat tal-Kunsill tal- MFA fejn ir-rappreżentanti tal-klabbs tal-Premier ikunu jridu jikkonsultaw bejniethom propju dwar dak li jkun qed jiġi diskuss, u dana minhabba li kull darba jitressqu materji ghad-decizjoni minghajr avviz qabel il-laqgha. Hi allegazzjoni infondata li l-laqgħat tal-Kunsill kienu qed jiġu ridotti f''każin', aktar u aktar meta dawn kienu taħt il-kontroll tal-istess President tal-MFA. Hu fatt stabbilit li l-Membri tal-Kunsill tal-klabbs tal-Premier huma fost l-aktar li jipparteċipaw fid-diskussjoni fil-Kunsill tal-MFA.

Il-PDSC jrid jirriafferma l-impenn qawwi tiegħu li jibqa' jaħdem għall-ġid tal-futbol Malti u tal-Premier Division, li skont l-istess MFA hu l-vetrina tal-futbol Malti. Għalhekk, il-PDSC hu dispost - kif dejjem kien - li jiddiskuti mal-uffiċjali tal-MFA kull proposta konkreta li t- tmexxija tal-MFA tħoss li hi valida biex ikompli jitjieb il-futboll Malti.

Min-naħa tiegħu, l-PDSC qed iħejji numru ta' proposti dwar riformi meħtieġa biex il-livell tal- futbol Malti jkompli jitjieb u biex ikunu attirati iktar spettaturi lejn il-logħob tal-kampjonat.

Din l-istqarrija giet maqbula b’mod unanimu mir-rapprezentanti tal-klabbs kollha li jiffurmaw l-kampjonat Premier 2016-17 

More in Sports