L-iskoċċiżi invadewna!!

Il-pubs f'Paceville u Buġibba ġew invaduti mill-partitarji Skoċċiżi

ritratti meħuda mis-sit ta' facebook ta' Football Mania
ritratti meħuda mis-sit ta' facebook ta' Football Mania

Għal partita Malta kontra Skozja li se tintlagħab għada fil-ground Nazzjonali f'Ta' Qali, eluf ta' Skoċċiżi waslu Malta u nvadew il-pubs li lestewlhom il-bnadar u anke l-birra biex iqattgħu jumejn sħaħ qabel il-partita nnifisha jiċċelebraw kif jafu jagħmlu l-Brittaniċi. Pubs Maltin jidhru li raw il-bejgħ tal-birra qabel il-patrijottiżmu u laqgħuhom bil-bnadar Skoċċiżi b'dawk maltin ma jidhrux. Nisperaw biss li ma jkunx hemm problemi u ġlied u ċ-ċelebrazzjonijiet jkunu biss ta' bejn il-ħbieb u fil-ground nisperaw li t-team Nazzjonali Malti jirbaħ il-konfront f'din l-ewwel partita tiegħu mill-kwalifikazzjoni tat-tazza tad-dinja.

More in Sports