It-tim li għeleb kull sfida u ħareġ rebbieħ

L-imħatri kienu jgħidu li ċ-ċans li Leicester City jirbħu l-premier league kien 5000:1

Fans ta'Leicester jiċċelebraw mal-gowl li tahom it-titlu ta' champions
Fans ta'Leicester jiċċelebraw mal-gowl li tahom it-titlu ta' champions

Ilbieraħ, għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol Ingliż, ġie kkonfermat it-tim ta' Leicester City bħala r-rebbieħ tal-Barclays Premier League hekk kif it-tim li kien jinsab fit-tieni post, Tottenham Hotspurs, spiċċaw il-logħba tagħhom fi draw ta' 2-2 fil-logħba kontra ċ-champions tas-sena li għaddiet, Chelsea.

Immexxija mill-kowċ Taljan Claudio Ranieri, it-tim ta' Leicester irnexxielhom, kontra kull mistenni jagħmlu dak li ħafna qalu li kien impossibbli u jirbħu t-titlu ta' champions fl-iktar league prestiġġjuż fl-Ingliterra, hekk kif ġew dikjarati champions matematikament.

Tant kemm dan it-trijonf kien jitqies bħala impossibbli biex isir, li l-kumpaniji tal-imħatri kienu jgħidu li ċ-ċansijiet li Leicester jirbħu kienu 5000:1 jiġifieri li għal kull £1 li tintlagħab, jintrebħu £5,000, u dan waqt li t-tir tat-tim fil-bidu tal-istaġun kien li jsalvaw mir-relegazzjoni u ma jinżlux diviżjoni din is-sena.

Il-belt ta' Leicester kienet qed tiċċelebra festa waħda b'bosta partitarji ħarġu jiċċelebraw f'car cades u niżlu quddiem il-King Power Stadium ma' tmiem il-logħba li rathom jieħdu l-league.

Il-plejers tal-istess tim, li ma kinux qed jilagħbu lbieraħ, kienu qed isegwu l-partita għand Jamie Vardy, wieħed mill-protagonisti tal-mixja rebbieħa tat-tim, u din kienet ir-reazzjoni tagħhom mal-gowl tad-draw li kien ifisser li huma kienu matematikament rebħu t-titlu ta' champions.

More in Sports