Roma Club Malta 1973 iniedi xalel ġodda

Xalel ġodda minn Roma Club Malta 1973
Xalel ġodda minn Roma Club Malta 1973

Roma Club Malta 1973 ippreżentaw xalel ġodda. Il-Kumitat jixtieq javża lil dawk kollha interessati li jakkwistaw waħda minnhom, biex jattendu l-klabb li jinsab fi Triq Tunis,Pembroke. Jistgħu wkoll jagħmlu kuntatt mat-Teżorier Ivan Vella fuq in-numru 99449991 jew permezz tal-posta elettronika fuq [email protected]

Fid-diskors tal-okkażjoni, il-President Ray Sant faħħar lid-diriġenza, il-kowċ Garcia u l-plejers kollha tar-Roma, u qal li dan l-istaġun kien biss l-aperitiv ta’ futur glorjuż. Fl-aħħar tal-laqgħa, ħeġġeġ lill-membri biex ifittxu jakkwistaw ix-xalla tal-klabb, peress li diġà hemm domanda qawwija għaliha. Għal aktar tagħrif, irrikorru għall-paġna uffiċjali ta’ Facebook tar-Roma Club Malta 1973.

More in Sports