Editorjal | Missek tistħi

Il-problema tal-Palestina ma bdietx illum. Imma żgur Metsola tifhem li d-disperazzjoni tal-poplu Palestinjan huwa fejn hu grazzi għas- snin ta’ kastig u kalpestar mill-Israel. Wara snin ta’ apartheid, wara snin fejn l-Iżrael ġiet taqa’ u tqum mil-liġi internazzjonali. 

Meta Roberta Metsola għażlet bħal ħafna mexxejja oħra li tiddikjara u tikkundanna l-azzjonijiet tal-Hamas, għamlet sew. Li ma għamlitx sew hi li lanqas tniffset jew ippruvat tikkundanna l-azzjonijiet illegali tal-Iżarael fuq in-nies ta’ Gaża. Nies li mhumiex Hamas u huma innoċenti.  Kolpevoli biss li huma tfal ta’ Alla inferjuri, nies minsija. Nies trattati agħar mill-annimali. Nies frott l-apartheid u l-mibgħeda politika. 

Mela le, nikkundannaw bla kundizzjoni l-azzjonijiet estremi tal-Hamas. Il-Hamas ma għandhomx post f’din is-soċjetà.  L-azzjonijiet tagħhom waslu għall-assassinju ta’ nies innoċenti.  Imma xi ngħidu għat-tkissir totali ta’ Gaża, pajjiż li jeżisti grazzi għall-għajnuna diretta ta’ pajjiżi Għarab bħal Qatar. 

Illum waqt li qed niktbu dan l-editorjal, Iżrael qed jiksru kull forma ta’ liġi internazzjonali u nies bħal Metsola lanqas ma jaħsbuha darbtejn li qed jiġri hekk. Anzi joqgħodu jippużaw għal xi ritratt, hi u Von der Leyen. 

Hija politika ta’ għajb u politika li twassal għal aktar problemi milli soluzzjonijiet. 

Il-problema tal-Palestina ma bdietx illum.   

Imma żgur Metsola tifhem li d-disperazzjoni tal-poplu Palestinjan huwa fejn hu grazzi għas- snin ta’ kastig u kalpestar mill-Israel. Wara snin ta’ apartheid, wara snin fejn l-Iżrael ġiet taqa’ u tqum mil-liġi internazzjonali. 

Poplu li nżamm ġo gaġġa, f’kundizzjonijiet inumani u wisq aktar abnormali. 

Illum waqt li qed niktbu dan l-editorjal, l-Iżrael qed toqtol permezz ta’ bombi u missili mijiet ta’ nies innoċenti.  Tfal u trabi, nisa u anzjani, irġiel u ġuvintur.  Djar u sptarijiet mġarrfa.  Saħansitra anke ġurnalisti, ħaddiema ta’ salvataġġ u nies li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mietu taħt l-id tal-armata Lhudija fl-aħħar siegħat.  L-Iżrael dejjem kienet temmen li għal kull għajn għandhom id-dritt li jaġġixxu kif jixtiequ u kif jaħsbuha. 

Fid-dawl ta’ dan kollu Roberta Metsola tkellmet għall-kostitwenza tagħha. Kostitwenza li tiżen l-affarijiet mhux skont il-ħaqq iżda skont l-preġuddizzji u l-aġenda politika. Politika ipokrita li tħares lejn in-nies skont min int, u min fejn int ġej. 

Bħal fil-każ ta’ politiċi oħra aħna stqarrejna bl-iktar mod ċar, u lil Metsola ngħidulha bla tlaqliq: Missek tistħi. 

Aħna kontra sindki ta’ 16-il sena 

Id-deċiżjoni tal-Gvern ta’ Robert Abela li jiddikjara li persuna ta’ 16-il sena tista’ ssir Sindku huwa żball madornali. 

Għalxejn jingħad li din kienet parti mill-programm elettorali, għax illum il-maġġoranza assoluta tal-Maltin u Għawdxin ma jaqblux li tifel jew tifla ta’ 16 anke jekk għandu jew għandha d-dritt tal-vot għandhom jingħataw id-dritt li jmexxu lokal. 

Tant hu ovvju għalfejn le, li lanqas ser nippruvaw niddiskutu dan il-punt. 

Niddiskutu biss l-assurdità li l-Gvern jagħżel li jiffanfra b’din id-deċiżjoni illum. Meta nafu li din bħal każijiet l-oħra saru biex mingħalina nimpressjonaw l-elettorat a skapitu ta’ interess komuni. 

Jagħmlu sew il-Partit Nazzjonalista li jibilgħu kull ma qalu u jbiddlu l-fehma tagħhom fuq din il-kwistjoni. Dak li jonqos issa. Wara esperjenza ta’ immaniġjar ħażin fil-Gvern, nispiċċaw li l-kommunitajiet tagħna jiġu fdati lil dawk li huma qed jikbru, għad iridu jitgħallmu u ma għandomx il-ħila naturali li jaffaċċjaw l-isfidi ta’ sindku ta’ belt jew raħal. Tifel jew tifla ta’ 16 mhux posthom bħala sindku. 

More in Politika