.png)
L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tippreżenta l-kunċert Gershwin and Berstein
Wayne Marshall, direttur mużikali ta’ fama internazzjonali, se jidderieġi l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta f’kunċert nhar il-Ħamis 5 ta’ Ġunju fil-Forti Sant Iermu, il-Belt Valletta

Il-pjanista, organista u direttur mużikali ta’ fama internazzjonali Wayne Marshall se jidderieġi lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta (MPO) f’kunċert li fih se jkun ukoll is-solist fil-Piano Concerto in F ta’ Gershwin.
Bir-ritmi ħajjin u l-ħsejjes qawwija tal-istrumenti tar-ram, l-Overture ta’ Girl Crazy ta’ Gershwin u t-Three Dance Episodes minn On the Town ta’ Bernstein juru l-ħila tal-kompożituri li jgħaqqdu l-mużika klassika ma’ stili jazz u popolari.
Porgy and Bess – A Symphonic Picture, f’arranġament ta’ Robert Russell Bennett, jiġbor flimkien l-aktar melodiji emblematiċi ta’ Gershwin f’silta orkestrali rikka li tirrifletti l-ispirtu drammatiku tal-opra.
Il-kunċert se jsir nhar il-Ħamis 5 ta’ Ġunju fil-Forti Sant Iermu, il-Belt Valletta. Min hu interessat jattendi jista’ jakkwista l-biljetti minn showshappening.com