.png)
Museums by Candlelight: l-edizzjoni finali tal-2025 fir-Rabat u l-Imdina
Heritage Malta tistieden lill-pubbliku biex jesperjenza l-istorja f’ambjent tassew maġiku bl-edizzjoni finali tal-2025 ta’ Museums by Candlelight
.png)
Heritage Malta tistieden lill-pubbliku biex jesperjenza l-istorja f’ambjent tassew maġiku bl-edizzjoni finali tal-2025 ta’ Museums by Candlelight fir-Rabat u l-Imdina. Il-Katakombi ta’ San Pawl, id-Domvs Romana, u l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali se jilqgħu lill-viżitaturi matul sigħat estiżi, fid-dawl akkoljenti ta’ eluf ta’ xemgħat u akkumpanjati minn mużika live.
Wara l-edizzjonijiet preċedenti fil-Birgu u l-Belt Valletta, li kellhom suċċess kbir, dan il-kunċett issa wasal fi tliet siti storiċi ikoniċi fir-Rabat u l-Imdina — il-kapitali l-qadima tal-gżira. L-avveniment se jsir is-Sibt 20 ta’ Settembru, mis-7 p.m. sa nofsillejl, u jwiegħed lill-viżitaturi esperjenza multisensorjali li ssaħħrek.
Fil-Katakombi ta’ San Pawl, il-viżitaturi jistgħu jesploraw l-eqdem u l-aktar evidenza estensiva ta’ Kristjaneżmu f’Malta, fi kmamar taħt l-art li jmorru lura għaż-żminijiet Puniċi, Rumani, u Biżantini. Il-viżitaturi se jkollhom ukoll l-opportunità rari li jaraw replika tal-George Cross — emblema nazzjonali tal-qlubija u r-reżiljenza tal-poplu Malti — ftit jiem biss wara t-83 anniversarju taċ-ċerimonja pubblika tal-għoti tiegħu. Ifakkarna wkoll kif il-katakombi ntużaw bħala xelters waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Id-duo akustiku Jodi & Ian se jżid aktar maġija mal-atmosfera, b’armoniji pjaċevoli qalb il-mogħdijiet tas-sit mimlija bid-dawl tax-xemgħa.
Mixja qasira biss ’il bogħod, id-Domvs Romana tiftaħ tieqa fuq il-passat Ruman ta’ Malta. Malli jgħaddu minn taħt il-portiku ikoniku tagħha, mibni fis-snin għoxrin, il-viżitaturi jmorru lura fiż-żmien u permezz ta’ mużajk mill-isbaħ u artefatti interessanti jiskopru l-istil ta’ ħajja raffinata ta’ familja aristokratika Rumana. In-noti eleganti tal-arpista Laetitia Troisi De Menville se jimlew l-ispazji affaxxinanti tal-villa u joħolqu sfond mużikali seren tul dan il-vjaġġ fl-antikità.
Sadanittant, il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali, fil-ġmiel Barokk tal-Palazz Vilhena mis-seklu 18, jippreżenta għadd ta’ artefatti kurjużi, fosthom kukkudrill mummifikat mix-Xmara Nil, ras ta’ kukkudrill fossilizzata misjuba f’Għawdex, u sinna minn kelb il-baħar abjad ġgant, speċi li llum hi estinta. Tikkumplimena dawn l-għeġubijiet tan-natura, Kathy il-Vjolinista se ssaħħar l-udjenzi bil-melodiji evokattivi tal-vjolin tagħha.
Il-ħlas tad-dħul huwa €3 biss u jagħti aċċess għat-tliet siti. Biex tevita l-kjuwijiet, huwa rrakkomandat li tibbukkja minn qabel online minn https://heritagemalta.mt/store/c449/, jew minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta. Il-biljetti jistgħu jinxtraw ukoll mal-bieb matul l-avveniment.
Ħwejjeġ u żraben komdi huma rrakkomandati billi l-esperjenza tinvolvi l-mixi, kemm min sit għal ieħor, kif ukoll fl-esplorazzjoni ta’ kull wieħed minnhom.
. Il-Katakombi ta’ San Pawl, id-Domvs Romana, u l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali se jilqgħu lill-viżitaturi matul sigħat estiżi, fid-dawl akkoljenti ta’ eluf ta’ xemgħat u akkumpanjati minn mużika live.