Malta se tospita l-24 edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest f'Ottubru li ġej
Il-Junior Eurovision Song Contest se jsir fl-24 ta’ Ottubru fil-Malta Fairs and Conventions Centre (MFCC) f’Ta’ Qali li se jiġi ttrasformat f’‘Villaġġ tal-Eurovision’
Il-Public Broadcasting Services (PBS) ħabbar li Malta se tospita l-24 edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest. Din se tkun it-tielet darba li Malta se tospita dan il-festival.
Il-Junior Eurovision Song Contest se jsir fl-24 ta’ Ottubru fil-post tal-MFCC f’Ta’ Qali, li se jiġi trasformat f’“Villaġġ tal-Eurovision,” li jgħaqqad il-wirt tal-Festa Maltija, li ġiet rrikonoxxuta bħala wirt dinji mill-UNESCO, ma’ produzzjoni ta’ klassi dinjija.
“Malta hija l-akbar segwaċi u alleata tal-Eurovision,” qal il-Kap Eżekuttiv tal-PBS Keith Chetcuti. “Huwa l-akbar unur tagħna li ntgħażilna bħala l-pajjiż ospitanti għall-Junior Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.”
F'avviż nhar il-Ġimgħa, il-Eurovision żvela li l-konkors se jirritorna lejn Malta għall-ewwel darba mill-2016, meta f'dik is-sena, il-festival kien ġie organizzat f'Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta. Chetchuti nnota li l-pajjiż wera b’mod konsistenti impenn qawwi għall-konkors kemm fuq il-palk kif ukoll barra minnu.
“Malta għandha rekord eċċezzjonali fil-konkors, mhux biss f’termini tas-suċċessi tagħha fuq il-palk iżda wkoll bħala xandar ospitanti li jifhem kif joħloq avveniment ta’ klassi dinjija,” qal id-Direttur tal-Junior Eurovision Song Contest Martin Green.
Il-Junior Eurovision jippermetti lil artisti żgħażagħ bejn id-disa’ u l-erbatax-il sena juru t-talent tagħhom fuq palk internazzjonali. Aktar dettalji, inkluża l-lista sħiħa ta’ parteċipanti, se jitħabbru fix-xhur li ġejjin.
